Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ian Borg, ipparteċipa fil-Munich Security Conference, meqjusa bħala l-akbar konferenza relatata mas-sigurtà nazzjonali.
Waqt din il-konferenza, il-Ministru Borg, anke bħala ċ-Chairperson tal-OSCE, kellu numru ta’ laqgħat ma’ diversi mexxeja u Ministri għall-Affarijiet Barranin, fosthom mill-Kosovo, mis-Serbja, mill-Azerbaijan, u mill-Armenja.
Ma’ dawn ġew diskussi l-aħħar żviluppi fir-reġjun u prospetti għall-ħidma għall-paċi bejn il-pajjiżi. Fl-istess waqt ġiet diskussa l-ħidma tal-OSCE biex tkun żgurata li l-ħidma għall-paċi u s-sigurtà fir-reġjun tiġi mħarsa u sostnuta bl-aħjar mod.
Malta pparteċipat b’mod attiv f’diversi workshops u diskussjonijiet. Ma naqsitx diskussjoni dwar il-ħidma ta’ Malta favur il-pajjiżi ż-żgħar li qed jiżviluppaw.
“Kelli l-opportunità mhux biss li nipparteċipa u ngħid għaliex Malta hija konvinta mill-politika tagħha ta’ newtralità militari u kif din tista’ sservi ta’ pont sabiex inqarrbu l-partijiet flimkien u nimmedjaw, iżda wkoll bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin u Chair in Office tal-OSCE, kelli numru ta’ laqgħat bilaterali.”
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ian Borg