Anzjan ta’ 79 sena tilef ħajtu wara li waqa’ sular f’Ħal Safi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar, fejn il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq iż-Żurrieq, Ħal Safi.
Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li anzjan ta’ 79 sena waqa’ madwar sular minn gallarija tar-residenza tiegħu stess.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei.
Sfortunatament, hu ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.