L-Istati Uniti tal-Amerka qed iwissu li r-Russja tista’ tieħu taħt idejha l-belt ewlenija fil-Lvant tal-Ukrajna, Avdiivka, fejn fl-aħħar xhur kien qed iseħħ fost l-aktar ġlied qalil.
Il-kelliem għall-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurtà, John Kirby kien ikkwotat jgħid li Avdiivka tinsab f’riskju li taqa’ fil-kontroll Russu.
Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky wiegħed li jagħmel kollox biex isalva kemm jista’ jkun ħajjiet Ukreni.
Il-belt hija kważi meqruda għal kollox, u hija meqjusa bħala pont għal Donetsk – li hija l-kapitali reġjonali Ukrena maħtufa minn truppi Russi lura fl-elfejn u erbatax.