F’risposta għal stqarrija oħra tal-Partit Nazzjonalista, il-Gvern sostna li se jkompli jinvesti fin-Nofsinhar ta’ Malta biex jagħti lin-nies postijiet isbaħ, kwalità ta’ arja aħjar, servizzi infrastrutturali aħjar u aktar spazji miftuħa.
Dan għall-kuntrarju ta’ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti li abbandunaw lill-Kottonera u qatt ma ħarsu biex tassew jipprovdu proġetti ambjentali f’dawn il-lokalitajiet.
Fil-fatt, fl-istqarrija mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir ġew elenkati ħemel ta’ proġetti u xogħlijiet fejn fost oħrajn ssemma l-proġett tal-pjazza tal-Kalkara li waħdu se jara investiment ta’ ħames miljun u nofs ewro.
L-istqarrija tal-Gvern temmet tgħid li l-Partit Nazzjonalista baqa’ bl-istess strateġija, dik tat-tixwix.