Spanja u l-Irlanda talbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel analiżi urġenti tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Iżrael. Dan fid-dawl tal-gwerra f’Gaza u l-kriżi umanitarja, li sejra mill-ħażin għall-agħar.
F’ittra lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, iż-żewġ Prim Ministri qalu li huma inkwetati dwar il-gwerra militari Iżraeljana u anki possibilment ta’ ksur ta’ liġi internazzjonali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iż-żewġ mexxejja tkellmu dwar rapporti li Iżrael mistennija tattakka ż-żona ta’ Rafah, viċin il-fruntiera tal-Eġittu, fejn hemm aktar minn miljun persuna qed jingħataw xelter.
Il-gwerra fil-Lvant Nofsani waslet għal qtil ta’ aktar minn tmienja u għoxrin elf Palestinjan, inklużi nisa u tfal.