Żagħżugħ ta’ erbgħa u għoxrin sena, li fil-Qorti ammetta li regolarment kien jaggredixxi u jhedded lil ommu fid-dar fejn jgħixu fil-Mosta, tpoġġa fuq probation.
Il-Maġistrat Charmaine Galea semgħet kif iż-żagħżugħ għandu l-vizzju tad-droga, u s-sitwazzjoni m’ommu – li għandha problemi soċjali u sfidi ta’ saħħa mentali – eskalaw sal-punt li kellha ċċempel lill-Pulizija.
Iż-żagħżugħ minn San Ġiljan ammetta li regolarment kien jhedded lil ommu u jikkawżalha biża’.
Kemm id-Difiża u l-Prosekuzzjoni qablu li ż-żagħżugħ jitpoġġa fuq probation u jingħata ordni tat-trattament biex jindirizza l-vizzju tad-droga.
L-Ispettur Omar Zammit qal li dan huwa aktar “każ soċjali milli kriminali”.