Il-Bank of Valletta nieda websajt b’disinn ġdid, li hu aċċessibbli fuq www.bov.com. Dan is-sit hu mfassal biex joffri esperjenza mtejba lill-klijenti mibnija madwar il-preferenzi tal-utent.
Is-sit elettroniku jservi bħala pjattaforma komprensiva li tpoġġi fuq quddiem l-identità diġitali mġedda tal-Bank, u jinkorpora disinn frisk li jimminimizza d-distrazzjonijiet u jippermetti lill-utent jiffoka fuq dak li hu l-aktar importanti. Is-sit hu aċċessibli ferm għall-pubbliku għax joffri esperjenza aktar issimpifata għall-klijenti meta jagħmlu użu minnha permezz tal-mowbajl, laptop, jew tablet.
Karatteristiċi notevoli oħra tal-websajt il-ġdida jinkludu navigazzjoni intuwittiva, li permezz tagħha utent jista’ jesplora s-sit permezz ta’ sistema ta’ navigazzjoni li tagħti prijorità lill-preferenzi tal-utent u funzjoni mtejba ta’ appoġġ, li permezz tagħha l-utent jista’ jesperjenza modi veloċi u faċli ta’ konnessjoni mal-Bank għall-assistenza, kif ukoll ċentru ta’ tagħlim sħiħ li jagħti lill-utent l-għarfien kollu meħtieġ biex ikun jista’ jieħu deċiżjonijiet bankarji infurmati.
Fil-kummenti li għadda, Theodoros Papadopoulos, Chief Digital Officer tal-Bank of Valletta, enfasizza r-rwol ċentrali tal-klijent fil-ħolqien tal-websajt il-ġdida li tmur lil hinn minn sempliċi kisba kollaborattiva, iddisinjata flimkien mal-klijenti stmati tagħna, “Bħala BOV, aħna niddefinixxu mill-ġdid is-servizz tal-konsumatur, billi niffukaw fuq il-ħolqien ta’ esperjenzi memorabbli. It-tnedija tas-sit elettroniku l-ġdid hija xhieda ta’ dan peress li se toffri disinn nadif u frisk, li għandu għeruq fondi fir-rispons u l-interazzjoni tal-utenti”.
Hu saħaq fuq l-impenn tal-Bank biex jħarsu l-ħtiġijiet tal-klijenti, min-navigazzjoni intuwittiva tiegħu, imfassla biex tkun faċli għall-utent f’kull pjattaforma elettronika, sal-inklużjoni ta’ ċentru ta’ tagħlim. Il-prijorità ewlenija tagħhom hi li jassiguraw li l-utent ikun mgħammar bl-għodda kollha neċessarja u l-għarfien kollu meħtieġ għal deċiżjonijiet bankarji aktar intelliġenti.
Hija pjattaforma sigura u avvanzata, li tirrifletti d-dedikazzjoni tagħna biex mhux biss nilħqu, iżda naqbżu l-aspettattivi tal-utent. Din it-tnedija timmarka tragward sinifikanti, li tiċċelebra l-vjaġġ kontinwu tagħna lejn innovazzjoni diġitali ffukata fuq il-klijent.