Ir-Re Karlu wassal messaġġ ta’ gratitudni għall-pubbliku, għas-sapport kollu li rċieva u li qed jirċievi wara l-aħbar li marad bil-kanċer.
Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, il-Palazz Buckingham ħabbar li r-Re għandu kanċer, minkejja li ma qalx x’tip.
F’messaġġ li ġie ppubblikat fuq is-sit uffiċjali tal-Familja Rjali, ir-Re kiteb li jixtieq jesprimi l-gratitudni minn qalbu għall-ħafna messaġġi ta’ sapport u xewqat ta’ kuraġġ li rċieva fl-aħħar jiem.
Żied jgħid li jinsab kuntent li bl-istorja tiegħu, qed jiżdied l-għarfien fil-pubbliku dwar ix-xogħol li jsir mill-orgnizzazzjonijiet li jgħinu pazjenti morda bil-kanċer fir-Renju Unit u madwar id-dinja.