Mara ta’ 63 sena minn Birżebbuġa weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja fi Triq Birżebbuga, Birżebbuġa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara kienet qed issuq mutur Honda CRF meta kellha impatt ma’ vann Toyta Dyana misjuq minn raġel ta’ 47 sena residenti in-Naxxar.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet ċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.