F’Jannar li għadda, l-għadd ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetajiet residenzjali kien jammonta għal elf, mija u tnax. Fl-istess xahar, il-konvenji kienu jgħoddu għal elf, mija u sebgħa u ħamsin.
Dan ħareġ minn ċifri tal-NSO, li juru kif waqt li l-kuntratti tal-bejgħ baqgħu fl-istess ilma ta’ Jannar tas-sena li għaddiet, il-konvenji żdiedu bi kważi sitta u għoxrin fil-mija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn dawn iċ-ċifri joħroġ li l-kuntratti tal-proprjetà kellhom valur ta’ kważi tliet mitt miljun ewro, u l-aktar tliet lokalitajiet li kellhom kuntratti u konvenji kienu San Pawl il-Baħar, il-Mosta u Birkirkara.