Bevi Curious huwa l-isem ta’ applikazzjoni li nieda l-lettur fi ħdan l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, Richard Pons.
Pons, li għandu wkoll rekord dinji, fil-Guiness World Records, kien nieda paġna fuq Facebook, b’rabta mas-sengħa tax-xorb.
Tkellima miegħu waqt it-tnedija ta’ din l-app, fejn tkellem dwar l-għan warajha.
Stqarr, “Għandek section, hints tal-bartending, kif taħsel il-birra, kif tuża magna tal-kafè. Link oħra b’inbejjed lokali, fejn tieħu idea tal-inbejjed lokali u ħolqa għall-wineries stess, għandna paġna minnhom, eżempju fuq kif isir il-whiskey u l-whiskeys li ssib ġewwa pajjiżna.”
Pons qal kif l-idea għal dan is-sit nibtet minn ħsibijiet li qasmu miegħu eks studenti, li anki taw sehemhom għall-ħolqien ta’ din l-app.
Qal, “Għandi biċċa jisimha bar hopping, fejn nirreklama bars li mhumiex komuni. Qiegħda user-friendly ħafna. Għandi ħolqa b’xi 32 cocktails oriġinali, li huma faċli li tagħmel, flok tagħmel riċetta għandek il-fliexken, it-tazza u l-metodu, u għandi l-games.”