Il-Prim Ministru Joseph Muscat kompla bl-impenji tiegħu fit-tour tal-kapitali Ewropej b’laqgħa mal-President ta’Ċipru Nicos Anastasiades.
Id-diskussjonijiet iffukaw fuq is-sitwazzjoni f’Ċipru, l-immigrazzjoni, Brexit u l-futur tal-Unjoni Ewropea.
Il-President ta’ Ċipru awgura lil pajjiżna għall-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u qal li huwa importanti li pajjiż bħal Malta qed ipoġġi fuq quddiem ir-realtajiet tal-Mediterran.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George W. Vella u s-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg akkumpanjaw lill-Prim Ministru għal-laqgħa f’Ċipru.
Ritratt: Omar Camilleri – DOI