Skont is-servizzi meteoroloġiċi tal-Unjoni Ewropea, għall-ewwel darba fl-istorja tad-dinja, it-tisħin globali qabeż il-wieħed punt ħames gradi Celsius.
Lura fl-2015, il-mexxejja dinjin kienu wegħdu li se jagħmlu minn kollox biex it-temperatura ma taqbiżx dawn iċ-ċifri, biex b’hekk ma jkunx hemm impatt negattiv fuq id-dinja. Madankollu, il-ħidma li hemm biex jieqfu l-emmissjonijiet tal-karbonju jistgħu jwasslu biex it-tisħin globali jiġi kkontrollat.
Analisti tat-temp internazzjonali qalu li l-impatt ta’ dan qed jidher aktar mis-soltu, b’bosta pajjiżi jesperjenzaw għargħar kbar, sħana qawwija u nirien li nfirxu b’mod mgħaġġel u perikoluż ħafna.