L-Erbgħa filgħaxija kwalfikaw tlett timijiet oħra għal kwarti finali tal-IZIBET FA Trophy.
Fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Gzira United eliminaw lill-Hibernians meta rebħulhom 1 – 0 bil-goal tal-partita jiskorjaħ Thaylor Aldama fit-30 minuta.
Is-sorpriża fil-ġurnata wetquha Mġarr United meta rebħhu bl-għoti tal-penalties kontra Santa Lucia hekk kif sal-ħin barrani l-iskor kien dak ta’ 3 – 3.
Christian Saint Ebisindor poġġa lill-Mġarr fil-vantaġġ fil-39 minuta bl-ewwel taqsima tintemm 1 – 0. Lucas Sena Silva ġab id-draw għal Santa Lucia fil-56 minuta iżda Joseph Paul Zammit mill-ġdid poġġa lill-Mġarr fil-vantaġġ fil-76 minuta biex b’dan ir-riżultat Mġarr dehru li se jikkwalifikaw sakemm tlett minuti fuq il-ħin regolamentari Santa Lucia ġabu draw grazzi għal Carlos Gabriel Moreira De Oliveira. Il-partita kellha tmur għal ħin barrani b’Santa Lucia jmorru għal ewwel darba fil-vantaġġ fil-97 minuta permezz ta’ Aleksa Mrdja; vantaġġ li dam biss ħames minuti għaliex Joseph Paul Zammit skorja t-3 – 3.
Bl-skor jibqa ma jinbidilx, il-konfront kellu jmur għal penalties fejn Mġarr rebħu 4 – 3. Għal Mġarr United skorjaw Nicholas Schembri, Kane Paul Farrugia, Liam Portelli u Christian Saint Ebisindor u filwaqt li Gordon Saliba falla t-tentattiv tiegħu.
Għal Santa Lucia skorjaw Carlos Moreira De Oliveira, Jurgen Pisani, Nicholas Virano iżda Adam Bradshaw u Daniel Letherby fallew it-tentattivi rispettivi tagħhom.
Fit-tieni u l-aħħar logħba fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Sliema Wanderers kwalfikaw wara li għelbu lill-Balzan 1 – 0 fil-ħin barrani. Il-goal tal-partita ġie skorjat minn Joseph Minala fil-107 minuta.
L-aħħar konfront mill-fażi tal-aħħar sittax jintlagħab il-Ħamis filgħaxija fic-Centenary Satdium fil-20.15 u se jlaqqa li Hamrun Spartans u Gudja United.