Fis-sajf li ġej, il-linja tal-ajru Ryanair se ttir lejn tliet destinazzjonijiet ġodda, li huma l-Ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma, l-Italja, Belfast fl-Irlanda ta’ Fuq u Norwich fl-Ingilterra.
Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Kap Eżekuttiv tar-Ryaniar, Michael O’Leary, li qal li din is-sena dik l-akbar linja tal-ajru bbażata wkoll f’Malta se jkollha total ta’ 67 rotta. Dan ifisser li din se tkun l-akbar skeda tagħha li qatt ħadmet minn pajjiżna.
O’Leary spjega li din is-sena l-kumpanija se tagħmel investiment ta’ €100 miljun ukoll fis-seba’ ajruplan tagħha f’pajjiżna, bħala parti minn investiment totali ta’ €700 miljun.
Ir-Ryanair qed tantiċipa li, din is-sena, iġġorr aktar minn 4.5 miljun passiġġier lejn pajjiżna, żieda ta’ 22% meta mqabbel mas-sena l-oħra.
Il-kumpanija llum tħaddem magħha aktar minn 4,000 ħaddiem f’pajjiżna, bejn bdoti, cabin crew u inġinieri.
“One more aircraft here in the airport, that it takes to seven based aircrafts, here in Malta. We’re opening three new routes this summer to Belfast, Norwich and Rome Fiumicino, the main airport in Rome. We’re growing to grow our traffic to Malta by 20% this year, to more than 4.5 million passengers. So, this is a very exciting time. New routes, new aircraft, new jobs and even more visitors coming to Malta by Ryanair.”
Sadanittant, dwar din l-aħbar, irreaġixxa l-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, li qal li dan se jwassal biex il-konnettività ta’ pajjiżna tkun fl-aqwa livelli li qatt kienet.
Sostna li dan jixpruna biex il-Gvern ikompli jaħdem u jħares lejn swieq ġodda u b’hekk jiddiversifika t-turiżmu lejn pajjiżna.