Rapporti fil-midja internazzjonali qegħdin jgħidu kif il-Hamas irrispondew għall-proposta ta’ waqfien mill-ġlied.
Dan dwar proposta minn Iżrael, l-Istati Uniti, il-Qatar u l-Eġittu, li iżda dettalji dwarha għadhom ma ġewx ippubblikati.
Ingħad li kemm Iżrael kif ukoll l-Istati Uniti qegħdin janalizzaw ir-risposta tal-Hamas. Fil-fatt, is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Anthony Blinken stqarr kif se jkun qed jiddiskuti dan f’Iżrael hekk kif bħalissa jinsab għaddej bi żjara fil-Lvant Nofsani.
Għalkemm Blinken ma kkummentax dwar ir-reazzjoni tal-Istati Uniti dwar ir-risposta tal-Hamas, il-President Amerikan Joe Biden tenna kif se tkun diffiċli li Iżrael jaqbel ma’ dak li jridu l-militanti tal-Hamas.