Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Tork Hakan Fidan.
F’din il-laqgħa ġew diskussi bosta temi fosthom it-tisħiħ it-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi, il-possibiltà ta’ aktar koperazzjoni fis-settur tal-enerġija rinnovabbli u anki dwar il-migrazzjoni.
F’din il-laqgħa, dwar il-Lvant Nofsani, il-Prim Ministru Robert Abela sostna li l-komunità internazzjonali trid tibqa’ taħdem għall-waqfien permanenti tal-ġlieda u għas-soluzzjoni taż-żewġ stati.
Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg u l-Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Glenn Micallef.