Ħadd ma weġġa’ wara li ċediet parti minn binja fil-Gżira.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:10pm fi Triq Belvedere.
Fuq il-post marru minnufih membri tal-forzi tal-ordni fosthom il-Pulizija u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
F’kitba fuq il-midja soċjali, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li ġie nformat mill-Protezzjoni Ċivili li ċeda bini fil-Gżira.
Il-Ministru Camilleri sostna li hu nformat ukoll li mill-ewwel rapporti ma jidhirx li hemm persuni li weġġgħu.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard, f’kitba fuq il-midja soċjali qal li hu informat li fuq il-post hemm preżenti uffiċjali mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA u mill-Aġenzija tal-Bini u tal-Kostruzzjoni, il-BCA.