Il-klabbs li jiffurmaw il-Malta Premier League illum ivvutaw favur format ġdid għal l-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti għal 5 snin li ġejjin.
Il-format il-ġdid, ibbażat fuq is-sistema tal-Amerika ta’ Isfel hija magħrufa bħala Apertura u Clausura, u se jkollha ‘Opening u Closing Rounds’ bil-possibilta’ ta’ playoffs.
Issa il-proposta se tgħaddi għand l-Eżekuttiv tal-MFA wara li diġa’ saret diskussjoni mall-amministrazzjoni tal-MFA.
Waqt l-edizzjoni tal-Ħadd filgħaxija tal-programm L-Argument, ġie żvelat għal ewwel darba dak li kien se jitressaq għal vot matul il-ġurnata tat-Tnejn b’spjegazzjoni ċara ta’ dan il-format. Minn informazzjoni li għandu One, il-maġġoranza tal-klabbs tal-Premier huma favur dan il-format il-ġdid tant li l-vot kien wieħed b’saħtu ħafna.
L-MPL sostniet lid-dettalji se jiġu spjegati pubblikament kif jgħaddi il-proċess kollu.