Il-kantanta ta’ fama mondjali, Taylor Swift, serqet ix-xow ta’ din is-sena tal-Grammy Awards hekk kif għall-ewwel darba fl-istorja hi kienet l-artista li rebħet il-premju tal-aqwa album tal-mużika tas-sena għal erba’ darbiet.
Swift kienet ras imb rass mal-albums li kienu rebħu l-istess premju tal-artisti Stevie Wonder, Paul Simon u Frank Sinatra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hi rċeviet dan il-premju mingħand Celine Dion, li attendiet minkejja li għal xi żmien ingħad li l-artista għaddejja minn diffikultajiet f’saħħitha.
Swift għażlet li tuża dan l-avveniment biex tħabbar album ġdid.
Intant l-artisti Miley Cyrus u Billie Eilish ngħataw premjijiet oħra tal-ogħla livell waqt din iċ-ċerimonja.