Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 b’kollaborazzjoni mal-Festival Internazzjonali Malti għall-Arti ħabbru sejħa pubblika għal produzzjoni b’numru ta’ dixxiplini (teatru, żfin, mużika, new media) li tiġbor fiha waħda jew tgħaqqad uħud mit-temi tal-Presidenza: il-Migrazzjoni, is-Settur Marittimu, is-Sigurtà, is-Suq Uniku, il -Viċinat tal-Ewropa u l-Inklużjoni Soċjali.
Is-somma għall-produzzjoni magħżula hi ta’ €10,000 bil-VAT inkluż. Din il-produzzjoni se tittella’ matul il-Festival tal-Arti tal-2017.
Min hu interessat għandu jdaħħal deskrizzjoni qasira tal-proġett, ismijiet u bijografiji tal-artisti ewlenin fil-produzzjoni, u baġit għall-produzzjoni sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Marzu, 2017.
Ġurija indipendenti se tkun qed tagħżel il-produzzjoni mis-sottomissjonijiet sat-23 ta’ Marzu, 2017. L-applikazzjonijiet għandhom jitpoġġew f’envelope immarkat ‘MIAF + titlu’ fil-kaxxa tal-applikazzjonijiet fil-Kunsill Malti għall-Arti, 16 Casa Scaglia, Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt.