David Bonnici ta’ 35 sena ngħata sentenza ta’ sentejn probation wara li nstab ħati li attakka u weġġa’ ħafif lil missieru li rrifjuta li jtih iktar flus biex isostni l-vizzju tad-droga.
Il-Qorti semgħet kif lura fl-2013, il-missier, li kien regolarment imġiegħel jagħti l-flus lill-ibnu għad-droga, irraporta lill-istess iben l-għassa wara li qala’ xebgħa daqqiet ta’ sieq u ħallih mal-art għax ma riedx itih iktar flus.
Iż-Żabbari ammetta li attakka lil missieru u li pprova jsegwi programm ta’ rijabilitazzjoni iżda ma lestihx. Filwaqt li żammitu ‘l bogħod mill-ħabs, il-Maġistrat Josette Demicoli avżatu li dan hu l-aħħar ċans tiegħu biex jirriforma ruħu.