Il-Kunsill Ewropew li bħalissa qiegħed jitlaqqa’ fi Brussell se jkun qed jara tentattiv mill-Mexxejja Ewropej biex iwaqqa’ l-veto tiegħu kontra li l-Unjoni Ewropea tagħti aktar fondi favur għajnuna lill-Ukrajna.
Dawn il-fondi mistennija li jaraw is-sostenn ta’ servizzi essenzjali fl-Ukrajna bħall-edukazzjoni, servizzi mediċi, protezzjoni soċjali u l-pensjonijiet.
Minkejja dan, il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán alleat ta’ Putin, ilu minn nofs Diċembru, li vvota kontra din l-għajnuna li tammonta il-ħamsin biljun ewro biex b’hekk waqqaf milli jsir aktar progress.
Dan wassal għal żieda fit-tensjonijiet politiċi fuq livell Ewropew hekk kif għajnuna bħal din tista’ tidħol fis-seħħ jekk ikun hemm vot unanimu favur tagħha.
Għaldaqstant, hu mifhum li matul dan il-Kunsill se jkunu għaddejja bosta negozjati mal-Ungerija biex jintlaħaq ftehim.
Għal dan il-Kunsill Ewropew, qiegħed jattendi wkoll il-Prim Ministru Malti Robert Abela, li fuq il-midja soċjali rrimarka l-pożizzjoni ċara li se tkompli tieħu Malta fil-konfront ta’ dak li għaddej fil-Lvant Nofsani li wkoll qiegħed fuq l-aġenda tal-istess Kunsill.