Il-militanti tal-Houthi fil-Yemen ikkonfermaw li attakkaw vapur merkantili Amerikan fil-Baħar l-Aħmar f’attakk ieħor mmirat lejn il-ġarr ta’ merkanzija.
Huma ddikkjaraw li l-vapur kien iġorr l-isem ta’ KOI u kien qed jitħaddem mill-Amerkani, filwaqt li l-kumpanija tas-sigurtà Ambrey ikkonfermat kif vapur li kien qed ibaħħar fin-nofsinhar tal-port ta’ Aden fil-Yemen irrapporta splużjoni abbord.
Skont l-aġenzija internazzjonali tal-aħbarijiet Reuters, il-vapur KOI huwa rreġistrat fil-Liberja, l-Afrika, u jitħaddem minn entità Ingliża li fil-flotta tagħha għandha wkoll tanker taż-żejt li sofra ħsarat wara attakk b’missila nhar is-Sibt.
Fid-dawl ta’ dawn l-attakki f’din iż-żona l-Istati Uniti wettaq diversi attakki, fil-mira tagħhom kien hemm għaxar drones li aktarx kienu qed jiġu ppreparati biex jattakkaw huma stess.
Il-Houthi qegħdin jikkunsidraw vapuri Iżraeljani, Amerkani u dawk Brittaniċi bħala miri leġittimi għall-attakki tagħhom.