’Il fuq minn 400 uffiċjal internazzjonali, li jispeċjalizzaw fil-ġlieda kontra r-reati finanzjarji, se jkunu qed jinġabru f’pajjiżna bejn id-29 ta’ Jannar u t-2 ta’ Frar li ġejjin biex jieħdu sehem f’konferenza organizzata mit-taqsima ta’ kontra r-reati finanzjarji f’pajjiżna, l-FIAU.
Il-konferenza, bl-isem ta’ ‘Annual Working and Regional Group Meetings’, se ssir f’San Ġiljan u se tara lil dawn l-uffiċjali jaqsmu informazzjoni għal din il-pjattaforma li tiġġieled reati finanzjarji f’diversi pajjiżi, waqt li jikkollaboraw fuq diversi proġetti u inizjattivi relatati.
Alfred Zammit, id-Direttur tal-FIAU, stqarr li jinsabu onorati li Malta ntagħżlet għal dan l-avveniment internazzjonali mifrux fuq ġimgħa impenjattiva.