Uffiċjali tal-Ġnus Magħquda u gruppi ta’ għajnuna appellaw biex il-pajjiżi jikkunsidraw mill-ġdid id-deċiżjoni li jwaqqfu l-finanzjament lill-Aġenzija tar-Refuġjati tagħha favur il-Palestinjani u qalet li l-għajnuna tagħha li ssalva l-ħajjiet ta’ madwar żewġ miljun persuna f’Gaza kienet fil-periklu.
Mill-inqas disa’ pajjiżi, inklużi l-aqwa donaturi bħall-Istati Uniti u l-Ġermanja, waqqfu l-finanzjament għall-Aġenzija tar-Refuġjati tal-Ġnus Magħquda (UNRWA) wara allegazzjonijiet minn Iżrael li wħud mill-ħaddiema tagħha kienu involuti fl-attakki terroristiċi tas-7 ta’ Ottubru mill-Hamas fuq Iżrael li ħallew 1,200 persuna mejta.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, Antonio Guterres, qal li hu stess kien imwerwer b’dawn l-akkużi u appella bil-qawwa lill-gvernijiet li ssospendew il-kontribuzzjonijiet tagħhom biex, għall-inqas, jiggarantixxu l-kontinwità tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija.