Fil-Mużew ta’ Louvre f’Pariġi, żewġ persuni waddbu soppa lejn il-pittura famuża ta’ Leonardo da Vinci, il-‘Mona Lisa’.
Dan bl-iskuża ta’ protesta favur id-dritt għall-ikel tajjeb għas-saħħa u sostenibbli, bil-grupp responsabbli minn dan l-att viljakk isejjaħ lill-Gvern biex jipprovdi l-għotja ta’ €150 kull xahar lil kull ċittadin biex jinxtara dan it-tip ta’ ikel.
Dan l-attakk viljakk seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu u li ma kienx għal ħġieġa li tipproteġi l-pittura, il-pittura imprezzabbli kienet issofri ħsarat irreparabbli. wara dan l-attakk, uffiċjali għal dan il-mużew qalu li l-pittura tinsab ħġieġa protettiva u ma ġralha l-ebda ħsara.