Fl-uniku logħba tal-Ħadd fic-Centenary Stadium mill-Kampjonat Premier, lagħbu kontra xulxin Sirens u Valletta b’dawn tal-aħħar jirreġistraw ir-raba rebħa konsekuttiva.
Valletta perikolużi wara tnax il-minuta logħob meta Prester Filho xeħet kross u Goncalo Braganca b’xutt mill-ewwel kellu l-konklużjoni tiegħu tagħdi ftit għoli mill-minduda.
Il-beltin fil-vantaġġ fil-26 minuta meta Shaun Dimech b’kross perfett sab lil Diego Cardoso li mill-viċin b’konklużjoni sabiħa tefa l-ballun fix-xibka wara Andrea Cassar għal 1 – 0.
Reazzjoni immedjata minn Sirens b’free-kick ta’ Gilberto Martina li Jake Galea salva bla wisq diffikulta u ftit wara mill-ġdid Sirens meta Jackson kompla lejn Panayiotou bil-konklużjoni tiegħu tmur barra.
Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima Valletta viċin għal darba oħra meta Cardoso kompla lejn Dimech bix-xutt tal-plejer belti jiġi devjat.
Mal-bidu tat-tieni taqsima Sirens ħarġu ferm aggressivi meta xutt mid-distanza ta’ Degran Jackson iżda Jake Galea salva f’corner.
Valletta għamluhom tnejn appena skoriet is-siegħa logħob meta Diego Cardoso approfita minn indeċiżjoni tal-goalkeeper Cassar biex finalment id-depożita l-ballun fix-xibka għal 2 – 0.
Ftit wara risposta ta’ Sirens fejn l-ex Valletta Nicholas Pulis wara li qabeż lid-difiża kkonkluda barra.
Valletta baqgħu fil-kontroll u fil-73 minuta Jake Azzopardi krossja u Federico Falcone bir-ras xeħet barra. It-tim mill-kapitali għamel ċert mit-tlett punti sitt minuti mit-tmiem b’goal ta’ Shaun Dimech.
Lejn it-tmiem mill-ġdid Valletta fuq l-attakk meta daqqa ta ras ta’ Falcone spiċċat barra.
Referee: Fyodor Zammit
BOV Plejer tal-Logħba: Shaun Dimech (Valletta FC)