Matul il-jum tal-lum il-Ħadd, qed tittella’ l-open day sas-2:00 ta’ waranofsinhar fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.
Kull min qed jattendi se jkun qed jingħata tifkira kommemorattiva, fl-istess waqt li jkollu ċ-ċans jiltaqa’ mal-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Robert Abela, flimkien ma’ membri mill-amministrazzjoni tal-Partit Laburista.
Minbarra hekk, attrazzjoni ewlenija matul il-ġurnata hi l-wirja bbażata fuq dokument, li għadu kemm instab mill-Fondazzjoni tal-Arkivji Notarili u li jirrakkonta fatti ġodda u interessanti dwar it-twelid tal-Partit Laburista. L-open day qed tagħti l-opportunità unika li wieħed jara mill-qrib dan l-istess dokument storiku u oħrajn relatati.
F’din l-okkażjoni, wieħed jista’ anke jġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista jew jingħaqad għall-ewwel darba, permezz tal-kampanja RENEW. Persuni jistgħu wkoll jinkitbu biex ikunu voluntieri mal-Partit Laburista.