Il-Kap tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber irid li l-Ewropa tmur għall-gwerra kontra r-Russja b’armi nukleari.
F’intervista mas-sit awtorevoli Politico, il-ħabib ta’ Simon Busuttil, Roberta Metsola u David Casa qal li ċ-ċittadini Ewropej għandhom jippreparaw għal gwerra mingħajr l-appoġġ tal-Istati Uniti.
Dan il-messaġġ għal gwerra mill-Partit Popolari Ewropew, li fih huwa affiljat il-Partit Nazzjonalista, ilu għaddej anki minn esponenti oħra.
Weber qal li tkellem hekk fil-kuntest li fl-Amerka jista’ jitla’ Donald Trump.
Sostna li l-arma nukleari tista’ tkun deċiżiva meta kien qed jitkellem fi gwerra bejn l-Ewropa kontra r-Russja.
L-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea b’armi nukleari huwa Franza.