Il-Gvern Ingliż qal li jeżistu xi problemi marbuta ma’ finanzjament biex f’April li ġej jagħti 15-il siegħa b’xejn tas-servizz taċ-childcare għal tfal ta’ sentejn li l-ġenituri tagħhom jaħdmu t-tnejn.
F’kummenti mal-midja u li dwarhom qam dibattitu anke fil-House of Commons, il-Prim Ministru Ingliż Rishi Sunak qal li hemm kwistjonijiet prattiċi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Qal li jħares ’il quddiem biex dawn jissolvew ħalli jespandi s-servizz taċ-childcare.
Rapporti fil-midja Ingliża qalu li apparti kwistjonijiet marbuta ma’ finanzjament hemm anke n-nuqqas ta’ ħaddiema li jridu jagħtu s-servizz estiż.
Skont it-Times tar-Renju Unit, numru ta’ operaturi ta’ childcare centres qalu li mhux lesti jonoraw l-obbligi li tefa’ fuqhom il-Gvern Ingliż.