Hekk kif jisbaħ it-tielet jum tal-awdizzjonijiet, l-eċitament jinħass sew fost il-ħafna żgħażagħ Maltin u Għawdxin b’talent minn tagħhom lesti sabiex jimpressjonaw il-ġurija speċjali ta’ BRILLANTI MUSICALS; Charles Brunton, Marina Maniglio u Marco Stabile!
Għal ġimgħa oħra, bla dubju BRILLANTI MUSICALS ser ikun mimli emozzjonijiet għaliex il-postijiet għall-kwalifikazzjoni għall-kwarti tal-finali qed jitnaqqru dejjem izjed.
BRILLANTI MUSICALS ser iwasslilkom spettaklu mill-isbah hekk kif iż-żgħażagħ jgħatu ħilithom kollha fi prestazzjonijiet uniċi u memorabbli. Din il-ġimgha ser naraw żgħażagħ b’personalita’ unika: Ruth Grima – studenta tal-ligi, kif ukoll Kay, tfajla li bdiet il-kors tal-mediċina għal tabiba. Min ser jgħaddi minn dawn iż-żewġ tfajliet bravi? u tghid Samara – tifla b’vuċi unika ser timpressjonhom lill-ġurija tagħna? u x’ġara meta Kathleen tagħti l-esebizzjoni tagħha u ala nqalgħet kommossjoni bejn il-ġurija? u l-ħlewwa ta’ Benjamin u l-vuċi mqarba ta’ Natanya kienu biżżejjed sabiex jimpressjonaw lil-ġurija?
BRILLANTI MUSICALS għal darb’oħra ser iwasslilkom serata li ma tistgħux titilfu, festa ta’ talent Malti u Għawdxi. Segwih il-Ħamis fit-8:35pm fuq ONE