Fi Franza Pulizija spara u laqat żewġ persuni bi żball waqt li l-President Hollande kien qed jagħmel diskors.
Il-President kien qed jinawgura railway ġdida f’Villognon meta ġew sparati t-tiri. Dawk midruba huma waiter u ħaddiem li kien fuq il-post. Dawn weġġgħu fl-għaksa u fis-sieq.