Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet l-MTFSA organizza l-league nazzjonali u l-kompetizjoni ‘Knock-out’ bejn il-klabbs.
Timijiet li pparteċipaw kienu Valletta Subbuteo Club, Valletta Lions TFC, Bormla Subbuteo Club u Ħ’Attard Subbuteo Club.
Valletta Subbuteo Club ġew inkurunati Champions ta’ Malta għad-dsatax-il darba fl-istorja tagħhom. Huma għelbu lil Valletta Lions TFC, l-Bormla Subbuteo Club u Ħ’Attard Subbuteo Club mingħajr ma’ soffrew ebda telfa. Valletta Subbuteo Club kien iffurmat mill-kaptan Samuel Bartolo, Derek Conti, Joseph Borġ Bonaci, Jurgen Balzan, Mark Gauci, Massimiliano Nastasi u Joseph Mifsud.
Valletta Subbuteo Club kienu wkoll ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni ‘Knock-out’. Huma għelbu lil Valletta Lions TFC fis-semi-finali filwaqt li rebħu l-finali kontra Bormla SC.
B’hekk issa, Valletta Subbuteo Club, akkwistaw id-dritt li jirrapreżentaw lil Malta fl-FISTF Champions League.