Ir-Royal Malta Yacht Club nieda l-kalendarju tal-avvenimenti tiegħu tal-2024 bl-ewwel avveniment tal-EurILCA Masters Series aktar kmieni din il-ġimgħa.
Il-EurILCA Master Series hija sensiela ta’ regatti li jsiru matul is-sena f’diversi postijiet madwar l-Ewropa u hija miftuħa għall-baħrin il-fu q mill-età ta’ 30 sena. L-avveniment, li ġie ospitat f’Malta għar-raba’ darba jiġbed kompetizzjoni intensiva fuq l-ilma iżda huwa magħruf għall-attivitajiet soċjali. Dan jagħmilha avveniment estremament popolari fil-Kalendarju Ewropew tal-ibburdjar.
Filwaqt li l-ewwel ġurnata tat-tlielaq kienet ikkaratterizzata minn temp ħażin u u xitai, iż-żewġ flotot – ILCA 6 u ILCA 7 setgħu jikkompetu fi tliet tiġrijiet. It-tieni jum rat riħ mill-Majjistral jolqot il-korsa, u b’imbatt moderat li kien ta’ sfida iżda madankollu komplew jtellqu f’tliet tiġrijiet. L-aħħar ġurnata rat temp xemxi i iżda r-riħ beda jonqos matul il-ġurnata. Bdil konsiderevolli fid-direzzjoni tar-riħ bejn l-ewwel u t-tieni tigrija fisser li l-Kumitat tat-Tlielaq kellu jgħamel xi tibdil mill-gdid fil-korsa bejn l-ewwel u t-tieni tigrija.
Il-Klassi ILCA 6 rat lil Ian Jones (GBR) jilħaqq il-quċċata wara li pproduċa riżultati konsistenti. Ir-rebħa kienet determinata fl-aħħar ġurnata tat-tiġrijiet peress li punt biss isseparah lir-rebbieħ tal-Klassi tas-sena l-oħra Niall Peelo (GBR). Jones rebaħ b’ ħames punti distakk bejnu u bejn Peelo. Fit-tielet post kien Max Hunt (GBR).
Ir-rebbieħ tal-Klassi ILCA 7 kien Mark Lyttle (GBR) li kellu ġirja qawwija biex żamm distakk sod quddiem kontendenti oħra tal-podju Alan Davis (GBR) u Andrey Malygin (MDA). Id-dinamika tat-tlielaq ħadet xejra mhux mistennija fl-aħħar ġurnata. Sat-tieni ġurnata, Davis kien żamm fil-vantaġġ fuq il-Moldovan Malygin. Madankollu, l-ispettaklu li żvolġi fl-aħħar jum tal-kompetizzjoni, ra lil Malygin juril-ħila tiegħu billi kiseb it-tielet post fl-ewwel tiġrija u kiseb l-ewwel f’dik ta’ wara. Dan ir-riżultat wasslu biex jikseb it-tieni post, żewġ punti biss distakk fuq Davis. L-azzjoni mhux biss żiedet vantaġġ eċċitanti għat-tiġrijiet iżda wkoll għelbet l-aspirazzjonijiet tal-Gran Brittanja għal podju komplut.
“Konna kuntenti ħafna li nilqgħu flotta internazzjonali oħra f’Malta u fir-Royal Malta Yacht Club. Kien sabiħ li wieħed jara uċuħ familjari jagħmlu ritorn fi xtutna kif ukoll ħafna uċuħ ġodda li wiegħdu li jirritornaw Malta fil-futur qarib” irrimarka David Cremona, Commodore Royal Malta Yacht Club.
Il-premjijiet lir-rebbieħa ingħataw waqt ikla organizzata mir-Royal Malta Yacht Club fil-preżenza ta’ David Cremona, RMYC Commodore, Michael Mifsud, CEO – Yachting Malta u Trevor Millar, Fundatur Sailcoach.
Ir-Royal Malta Yacht Club esprima l-gratitudni tiegħu lil dawk kollha involuti, partikolarment lill-Kumitat tat-Tlielaq li kien immexxi mill-Uffiċjal tat-Tlielaq Martin Azzopardi u assistit minn Neity Maddock u Michael Mifsud, Sailcoach u Yachting Malta Ltd li appoġġjaw l-avveniment.
EurILCA Masters Series – Malta Riżultati
ILCA 6 – Overall
1st | Mark Lyttle (GBR) | Grand Master |
2nd | Andrey Malygin (MDA) | Master |
3rd | Alan Davis (GBR) | Grand Master |
Premijiet tal-Kategoriji | Post | Pajjiz | Kompetitur | |
Apprentice | 1st | RSA | Howard | Leoto |
Master | 1st | GBR | Niall | Peelo |
Grand Master (Woman) | 1st | IRL | Aisling | Bowman |
Grand Master (Male) | 1st | GBR | Ian | Jones |
Grand Master (Male) | 2nd | FRA | Olivier | Erena |
Great | 1st | GBR | Max | Hunt |
Legend | 1st | FRA | Poopy | Marįon |
ILCA 7
1st | Ian Jones (GBR) | Grand Master |
2nd | Niall Peelo | Master |
3rd | Max Hunt (GBR) | Great Grand Master |
Premijiet tal-Kategoriji | Post | Pajjiz | Kompetitur | ||||
Master | 1st | MDA | Malygin | Andrey | |||
Master | 2nd | SUI | Francesco | Fabiani | |||
Master | 3rd | UKR | David | Surkov | |||
Apprentice | 1st | HUN | Zoltan | Kovacs | |||
Grand Master | 1st | GBR | Mark | Lyttle | |||
Grand Master | 2nd | GBR | Alan | Davis | |||
Grand Master | 3rd | NED | Barend | Binkhorst | |||
Great Grand Master | 1st | GBR | Peter | Sherwin | |||