Charlot Farrugia ta’ 39 sena li joqgħod Santa Luċija nżamm arrestat wara li ġie mixli li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u għamel żmien fuq il-lista ta’ persuni mfittxija.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Saviour Baldacchino spjegat li l-imputat kien ilu ma jmur jiffirma l-għassa għal diversi xhur.
Intant f’dawn l-aħħar ġranet il-Pulizija tal-Komunità infurmawh li bdew jilmħu lil Farrugia fl-inħawi tal-Qawra.
Ġie spjegat li minn hemmekk ħareġ mandat ta’ arrest fil-konfront ta’ Farrugia u ġie arrestat Ammonti boroż suspettati kokaina u eroina
L-imputat qed jiġi mixli wkoll li mal-arrest tiegħu allegatament kellu fil-pussess tiegħu diversi boroż żgħar suspettati kokaina u eroina.
Irriżulta wkoll li fit-13 ta’ Jannar huwa għamel xi ġranet joqgħod ġo hotel fil-Qawra.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Id-Difiża ma għamlet l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk l-imputat baqa’ jinżamm arrestat.