Membru ewlieni fil-Kabinett għall-Gwera ta’ Iżrael, qed jakkuża lill-Prim Ministru Benjamin Netanyahu li mhux qed jgħid il-verita dwar il-miri militari li għandu u qed jipprova jilħaq f’Gaza.
Fl-aħħar jiem Netanyahu pubblikament ikkritika l-alleat tiegħu, l-Istati Uniti tal-Amerika, li qalet li trid Stat futur Palestinjan u saħaq li se jkompli għaddej sakemm jeqred lill-Hamas minn fuq wiċċ id-dinja.
L-uffiċjal li qed igiddeb lill-Prim Ministru Iżraeljan, ra lill-ibnu jmut f’din il-gwerra, u qal li fid-diskussjonijiet qatt ma ntqal li dan il-konflitt għandu jibqa’ għaddejj sakemm jinqerdu l-Hamas.
Huwa kkritikah ukoll talli qabel kollox falla milli jipproteġi lill-pajjiż fis-7 ta’ Ottubru li għadda, u sejjaħ biex b’mod immedjat isejjaħ għal elezzjoni hekk kif m’għadx baqa’ fiduċja fih.
Qed jiġi rrappurtat ukoll li hemm tensjoni kbira fil-Kabinett, b’rapporti jgħidu li l-Prim Ministru Iżraeljan u l-Ministru għad-Difiża lanqas qed jitkellmu.