Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela jinsab il-Greċja fejn qed jieħu sehem f’summit li qed jiddiskuti l-anzjanità fil-popolazzjoni tagħna.
Fuq il-midja soċjali, il-Ministru Abela kiteb kif il-Gvern Malti ilu jindirizza din ir-realtà għal diversi snin, u tenna l-impenn tiegħu li jkompli jaħdem biex tissaħħaħ il-kwalità tal-ħajja għall-anzjani Maltin u Għawdxin.
Fl-inidirizz tiegħu, il-Ministru emfasizza li rridu neqirdu l-kunċett tas-solitudni marbut mal-anzjanità, u semma d-dimensja bħala waħda mill-aktar realtajiet ibsin.
F’dan is-summit qed jieħdu sehem Malta, il-Greċja, Ċipru u pajjiżi mix-Xlokk tal-Ewropa.