Ir-Reverendu David Wright minn Manchester għadu kemm ħa postu bħala l-Kanċillier il-ġdid tal-Pro Katidral ta’ San Pawl, fil-Belt Valletta, anke jekk lil Malta ilha jafha l-għexieren ta’ snin.
Iltqajna miegħu fl-istess Pro Katidral Anglikan fejn hemmhekk qasam magħna l-esperjenzi tiegħu matul ħajtu fil-qasam tal-Komunità Anglikana.
Waqt li tħarreġ għall-ministeru saċerdotali f’Cambridge, fl-1993 kellu l-ordinazzjoni tiegħu u għal 12-il sena serva bħala Kappillan f’Telford fi Shropshire.
Ir-Reverendu Wright mar jgħix ukoll f’Wolverhampton fejn hemmhekk kien ir-Rettur tal-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pietru u tal-Knisja magħrufa St John in the Square. Wara 14-il sena ddeċieda li jibda ħajja ġdida f’Malta.
Mal-mikrofonu ta’ ONE, qalilna kif, wara numru ta’ snin iżur lil pajjiżna għall-btajjel tiegħu mal-familja, ġieh iċ-ċans li jiġi jaħdem f’pajjiżna u kkunsidrah bħala opportunità eċċellenti li jiġi jqatta’ l-kumplament ta’ ħajtu f’pajjiż li hu tant għal qalbu u li hu diġà familjari miegħu.
Qal, “Well, it’s a pleasure we’ve been visiting as a family on holiday for nearly 30 years, we’ve really fallen in love with the place and then when the chance to come and work here at the Pro-Cathedral as a its chancellor and priest came up it, seemed like too good of a chance to miss so the job was advertised, I applied for it and thankfully I was appointed.”
Il-Kanċillier stqarr li waħda mill-prioritajiet għalih u għall-kongregazzjoni ta’ San Pawl hi li l-Katidral jibqa’ jagħti s-sehem kollu tiegħu fil-ħajja reliġjuża u kulturali tal-Belt Valletta u jkompli jattira aktar Maltin lejh.
Stqarr, “I think it’s probably down to us to put on activities, events, concerts and things that will attract the Maltese audience. Our Christmas services are always popular with the Maltese audience because it’s the traditional carols and you know all that the traditions that people like. But I think it’s just broadening the appeal of the Pro-Cathedral in terms of culture, music, events, exhibitions and so on, and using it not just as a worship space but also as a space for other events and activities.”
Il-Kanċillier stqarr ukoll kif wara numru ta’ snin ta’ xogħlijiet ta’ restawr u rinnovazzjoni, il-Pro-Katidral issa wasal biex jitlesta.
Qal, “Yeah, it’s almost finished. It’s been a long process and most of it is finished, from the outside it seems pretty much finished although it isn’t quite, and on the inside there’s quite a bit more to do yet, but we are really close to the end, and it’s been a major task but we’re very close to finishing.”
Il-proġett, li mistenni jiswa mat-€3 miljun, inbeda ħames snin ilu u se jara lill-Pro Katidral, li nbena kważi 180 sena ilu, jerġa’ jgawdi l-glorja kollha tiegħu bħala wieħed mill-akbar monumenti fil-kapitali tagħna.