Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku dalgħodu fi Triq Ħal Luqa, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 49 sena residenti Ħal Luqa u Range Rover misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti Ħal Tarxien.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.