Nhar is-Sibt li ġej, il-Malta Polo Club se torganizza logħba storika hekk kif żewġ timijiet femminili se jkunu qed jilagħbu għall-ewwel darba kontra xulxin għad-Du Cane Cup.
Fil-fatt, Veuve Clicquot Team immexxija minn Sarah Manduca flimkien ma’ Rebecca Gera, Nicola Fenech Conti u Petra Vella se jilagħbu kontra Gauchas Finestal bil-captain Serena Galea li magħha se jkollha lil Nicole Fenech Adami, Emma Aquilina u Christie Massaloux.
Il-Malta Polo Club ilu mwaqqaf sa mill-1868 u hu wieħed mill-eqdem klabbs f’pajjiżna. Id-Du Cane Cup kienet ippreżentata lill-klabb minn Sir John Du Cane li kien il-gvernatur ta’ Malta fis-snin tletin.
Il-logħba se tintlagħab nhar is-Sibt li ġej fil-Malta Equidrome u tibda fil-11 ta’ filgħodu.