Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riformi tas-Settur tal-Kosrtuzzjoni żar l-impjegati fl-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, li jaħdmu biex jiżguraw postijiet tax-xogħol aktar b’saħħithom u sikuri f’Malta.
Il-Ministru Attard żar ukoll lill-impjegati tal-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA li jaċċertaw li l-aspetti ewlenin taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini jiġu esegwiti billi jiġu ġġenerati regolamenti aġġornati u jkunu implimentati b’mod effettiv u effiċjenti f’ambjent ikkontrollat.