“Non-Issue.”
Dawn kienu l-kelmtejn li uża l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta fil-Mosta, ġie mistoqsi mill-Editur tal-Malta Daily Keane Cutajar, dwar il-fatt li l-Partit li jmexxi huwa, qiegħed jikser il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti.
Dan hekk kif il-Partit Nazzjonalista għadu ma ppubblikax il-kontijiet awditjati u rapporti dwar donazzjonijiet li rċieva fl-2021 u l-2022.
“Fir-rigwards tal-accounts tal-Partit, l-ewwel ħaġa din hija non-issue.”
Dan in-nuqqas ġie irrapportat ukoll mill-ġurnal The Times fil-ħarġa tagħha tas-Sibt, li nnutat kif għalkemm Grech kien sostna li l-Partit qed jaħdem biex jippubblika dawn l-obbligi, dan baqa’ ma sarx.
Quddiem il-partitarji tiegħu, il-Kap Nazzjonalista, li f’kull ċans li jkollu jippriedka fuq il-korrettezza politika, qal li l-Partit se jibqa’ jimxi mal-obbligi tiegħu, minkejja li fl-istess waqt qed jikser il-liġi b’mod sfaċċat.
Madankollu hawn dehret l-iskumdità ta’ Grech hekk kif meta ġie biex iwieġeb din l-mistoqsija li saritlu infexx jattakka lill-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista u Deputat, Randolph De Battista, li f’post fuq Facebook is-Sibt innota kif il-partiti politiċi ta’ pajjiżna huma obbligati li jippreżentaw il-kontijiet awditjati tagħhom lill-Kummissjoni Elettorali.
Ġurnalist: “Il-liġi tal-Finanzjament tal-Partiti politiċi tobbliga lill-Partit biex idaħħlu kull sena rapport finanzjarju awditjat u rapport tad-donazzjonijiet. Issa l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Randolph De Battista kien iebes ħafna dwar dan is-suġġett. Ir-rapporti finanzjarji tal-elfejn wieħed u għoxrin u tnejn u għoxrin ġew preżentati?”
Bernard Grech: “Randolph De Bettista li ilu fil-Parlament ma nafx kemm u qatt ma kellu l-ebda funzjoni fil-Parlament?”
Ġurnalist: “Randolph De Battista huwa l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista u tefa’ status fuq Facebook fl-aħħar sigħat u li kien iebes fil-konfront tiegħek. Jien mhux biex nitkellem fuq Randolph De Battista, iżda jekk ġewx ippreżentati dawn ir-rapporti.”
Intant, bħalma jiġri f’kull attività politika tal-Patit Nazzjonalista, il-Kap irrikora għall-isteriżmu u negattività. Fil-fatt, Spikka id-diskors diviżiv u ankrat fil-politika tal-aħna kontra huma.
“Ejjew l-aħwa niġġieldu”
Grech għamilha fatta wkoll li l-Partit Nazzjonalista se jkun fil-Gvern.
“Meta nkunu fil-Gvern.”
Minkejja din iċ-ċertezza kollha, il-Kap Nazzjonalista għamel talba fejn appella biex il-partitarji Laburista jivvutaw lil Partit Nazzjonalista.
“Jekk inti tħobb lill-Partit Laburista ivvota lill-Partit Nazzjonalista.”