Il-Malta National Combat Sports Organisation se torganizza seminar immexxi minn leġġenda ta’ dan l-isport, Semmy Schilt.
Is-seminar se jsir is-sibt 17 ta’ Frar u fil-courts tat-taħriġ tal-Basketball Ta’ Qali. Il-bibien jiftħu fis-16:30, u s-seminar jibda fis-17:00.
Semmy Schilt kien erba’ darbiet champion tal-Grand Prix tad-Dinja K-1 u darba champion tal-Grand Slam tal-Heavyweight fil-K-1.
Huwa mistenni joffri seminar innovattiv u se jkun ċans rari li wieħed jitgħallem minn champion ta’ klassi dinjija fil-Kickboxing, Boxing, regoli K1, Karate, u arti marzjali mħallta.
Il-klabbs u l-livelli tal-ħiliet kollha huma milqugħa. Seminar li se jkun miftuħ għal atleti ta’ kull eta’ u kategorija.