Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-6:00, il-Pulizija ġiet informata b’aċċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali, fl-Imsida, waqt li kienu qegħdin jagħmlu kontrolli tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli.
Skont investigazzjonijiet preliminari, irriżulta li sewwieq ta’ Mercedes ta’ 41 sena, residenti l-Gżira, skidja u baqa’ dieħel f’palma, waqt li laqat ukoll vettura oħra tat-tip Toyota Hilux li kienet qed tinstaq fl-istess triq.
Kellhom jissejħu uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu lis-sewwieq tal-Mercedes, waqt li tim mediku assista fl-operazzjoni.
Waqt li r-raġel ittieħed l-Isptar, aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief.
L-aċċident ħoloq konġestjoni tat-traffiku fir-rush hour ta’ filgħodu.