Infetħet l-aħħar konsultazzjoni pubblika dwar proġett ta’ spazju mitfuħ f’Bormla, fil-qalba tal-Kottonera.
Ħabbret dan il-Ministru għall-Ambjent u r-Riġenerazzjoni għall-Port il-Kbir Miriam Dalli f’kitba fuq il-midja soċjali.
Il-Ministru Dalli qalet li fix-xhur li għaddew, l-aġenzija Project Green irfinat il-pjanti ta’ dan il-proġett, b’ħafna ideat li rċeviet il-konsultazzjoni preliminari mal-komunitajiet tal-inħawi.
Hija qalet li tħares ‘il quddiem li l-awtoritajiet jikkunsidraw dawn il-pjanti, ħalli kif jiġu deċiżi l-permessi, jibdew ix-xogħlijiet minnufih.