Bormla Subbuteo Club rebħu l-FISTF Yorkshire International Open 2024 li sar il-Gran Brittanja. Fil-finali, il-klabb bormliż għeleb lil Elstow UK bi skor ta’ 3-1.
Sabiex waslu sal-finali, Bormla SC rebħu l-logħbiet kollha fi Grupp 1 b ‘żewġ rebħiet identiċi 4 -0 kontra Kent Invicta, Yorkshire B u fis-semi finali Bormla rebħu kontra Hennuyer B tal -Belġju 4-0.
It-tim bormliż kien kompost mill-captian Mauro Camilleri, George Ebejer, Josef Camilleri John Zammit u Thomas Ebejer.
Fl-Individwali Mauro Camilleri tilef mal-franċiż Remi Sorret 2-3 fil-ħin barrani. Josef Camilleri wasal sas-semi finali fl-Open filwaqt li Thomas Ebejer spiċċa fit-tielet post fil-kategorija U20.