Raġel baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li ta daqqa ta’ sikkina lil huh waqt argument dwar tabakk.
Ir-raġel ta’ 62 sena minn Naxxar u li huwa maħsub li jsofri minn problemi ta’ saħħa mentali ma jaħdimx u l-Prosekuzzjoni esebixxiet ukoll is-sikkina li ġiet elevata fil-ħin tal-arrest tar-raġel.
L-akkużat ġie mixli li wettaq ġrieħi gravi fuq ħuh mingħajr l-intenzjoni li joqtlu u li kienet aggravata mill-fatt li l-att seħħ fuq ħuh, fost oħrajn.
L-akkużat wieġeb mhux ħati u ma ntalbitx talba għall-ħelsien mill-arrest bid-difiża tispjega li r-raġel kienu għadu kemm ħareġ minn kura psikjatrika qabel l-inċident.
Id-difiża talbet ukoll lill-Qorti sabiex tirrakkomanda li l-awtoritajiet tal-ħabs jipprovdu assistenza medika lir-raġel flimkien ma’ evalwazzjoni psikoloġika u medika sabiex jiġi assenjat f’sezzjoni apposta għalih fil-ħabs.