L-awtoritajiet tal-avjazzjoni Amerikani ħassru 79 titjira li kellhom isiru mill-ajruplani tat-tip Boeing wara li parti minn wieħed minn dawn l-ajruplani waqgħet waqt titjira.
L-inċident seħħ waqt titjira tal-Alaska Airlines minn Portland, lejn Kalifornja.
L-ajruplan, kellu fuqu 177 passiġġier u kien qed itir fil-għoli ta’ iktar erbat elef metru meta seħħ l-inċident.
Il-kaptan tal-ajruplan kellu jniżżel l-ajruplan b’emerġenza b’uħud mill-passiġġieri rrakkuntaw kif partijiet mill-ajruplan tqaċċtu waqt it-titjira.
Din id-deċiżjoni laqtet 23,000 passiġġier li kellhom isiefru fil-ġurnata tas-Sibt u l-kumpanija Boeing qalet li qed tikkollabora mal-awtoritajiet dwar dan il-każ.