Turista anzjana ġiet immultata tmien mitt ewro wara li tajret mara u baqgħet sejra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-mara, li hija Spanjola u għandha sitta u sittin sena, ammettiet li fis-sitta ta’ Jannar fil-Marsa, saqet karozza bi traskuraġni u tajret mara.
Il-vittma sofriet ġrieħi ħfief.
Wara li ammettiet l-akkużi, il-Qorti ordnat is-sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan tal-mara għal tliet xhur.
Fl-awla qalet li ma tiftakarx kif seħħ l-inċident.